Il-kirurgu ortopediku u tabib uffiċjali tat-tim nazzjonali tal-Kroazja wissa li hemm ċans tajjeb li l-attakkant Marko Pjaca qatt ma jirkupra għalkollox mill-injury li sofra.
Boris Nemec qal li għal injuries simili ta’ dawk ta’ Pjaca, FIFA tirrakkomanda żmien ta’ bejn seba’ u tmien xhur biex wieħed jirkupra. “Madankollu, hemm 45% ċans li qatt ma jirritorna għal dak li kien qabel,” iddikjara Nemec.
Stqarr li kieku minnu ma jirrakkomanda qatt lil plejer b’injury simili li jirritorna inqas minn sitt xhur wara l-injury. “Hemm riskju li l-ligament iċedi mill-ġdid. Fi żmien tliet xhur Pjaca jista’ jibda jiġri mill-ġdid, imma mhux ibiddel id-direzzjoni,” wissa Nemec.
Sors: Gianluca Di Marzio
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






