Miżuri straordinarji għall-wasla ta’ Juventus f’Napli, hekk kif kien hemm bżonn vannijiet mimlija Pulizija, uħud armati, u uffiċjali oħra abbord muturi għal total ta’ 120 uffiċjal.

Dan minbarra li numru ta’ toroq kienu magħluqa għall-vetturi, bil-konsegwenza li nħoloq traffiku qawwi. F’xi mumenti kien hemm protesti u rabja kbira għall-għeluq tat-toroq.

Iż-żona ta’ quddiem il-lukanda Hotel Parker’s fejn se joqogħdu Juventus saħansitra saret inaċċessibbli.

Fortunatament il-plejers waslu mingħajr problemi jew inċidenti. F’xi mumenti kien hemm kori kontra Juventus, filwaqt li nġabar grupp żgħir ta’ partitarji Juventini.

Sors: Ansa/TuttoJuve

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280