L-attakkant Mario Mandžukić mhux mistenni jirkupra għal-logħba ta’ ritorn mill-Coppa Italia bejn Juventus u Napoli. Madankollu ma jidhirx li hu f’riskju għal-logħba kontra Barcelona.
Dan wara li l-attakkant Kroat qala’ daqqa f’irkopptu li diġà kienet infjammata. Minfloku aktarx jilgħab Stefano Sturaro, waqt li fil-lasta mill-ġdid jingħata fiduċja lill-Brażiljan Neto.
Mal-linji, Allegri mistenni joħroġ bl-aqwa plejers għad-dispożizzjoni tiegħu: Alex Sandro u Dani Alves. Fuq quddiem aktarx jilagħbu Paulo Dybala u Juan Cuadrado wara Gonzalo Higuaín.
Se jingħata rawnd ta’ mistrieħ lil Claudio Marchisio, biex fil-midfield jibdew Sami Khedira u Miralem Pjanić.
Sors: La Gazzetta dello Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






