Id-dwell bejn Juventus u Barcelona għal darb’oħra ġab miegħu stennija: x’se jiġri ladarba Giorgio Chiellini u Luis Suárez jiltaqgħu kontra xulxin?
Dan wara li Luis Suárez kien gidem lil Giorgio Chiellini fi spalltu waqt logħba bejn l-Italja u l-Urugwaj.
Iżda minflok ġlied jew pika, Giorgio Chiellini kien eżempju ta’ sportività – huma tgħannqu, ħadu b’idejn xulxin u Suárez għemeż lit-Taljan f’messaġġ li lkoll tefgħu warajhom dan l-episodju negattiv.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com







