L-attakkant ta’ Real Madrid, Álvaro Morata, irrakkonta episodju fejn infaqa’ jibki fiż-żmien li kien ma’ Juventus, sakemm wasal il-goalkeeper Gianluigi Buffon.
“Niftakar li waqt sessjoni tat-taħriġ, ma kienx qed jirnexxili lanqas nikkontrolla l-ballun kif suppost. Fuq il-mejda tal-massaġġi, il-fiżjoterapista qalli x’kien hemm ħażin u nfqajt nibki,” iddikjara Morata lil The Guardian.
Kien hawn li wasal Buffon. “Ikkalmani u rrakkomandali biex niżvoga d-dar. Qalli li min ma jridlix ġid kien jitpaxxa jarani hekk. Imbagħad sirt naf lil Alice, u ħajti nbidlet b’mod pożittiv.”
Sors: The Guardian
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






