L-eks kowċ ta’ diversi klabbs fosthom Parma u Milan fl-Italja, Arrigo Sacchi, esprima l-opinjoni tiegħu wara r-riżultat sodisfaċenti li Juventus kisbu kontra Barcelona. Huwa sostna li ma kienx sorpriż bir-riżultat li kisbu l-Bianconeri.

“M’iniex sorpriż bir-rebħa ta’ Juventus kontra Barcelona. Mill-ewwel minuti tal-partita rrealizzajt li Barcelona m’għadhomx bis-saħħa li kienu jew għall-inqas kif konna mdorrijin naraw. Juventus lagħbu tajjeb ħafna biex jagħlqu l-ispazji ta’ Barcelona.”

“Massimiliano Allegri wettaq biċċa xogħol tajba ħafna, u anke l-fatt li uża dik il-formazzjoni b’dawk l-attakkanti kollha kien sinjal pożittiv għat-tim tiegħu u għall-avversarji. Kien stimolu qawwi għal Juventus li wassal għal din ir-rebħa. Barcelona kienu sorpriżi wkoll bl-aggresività u bil-pressjoni Juventina.”

Sors: La Gazzetta dello Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280