L-attakkant Arġentin Gonzalo Higuaín ikompli jimpressjona u ma’ Juventus, issa daħal f’lista fejn huma biss il-leġġendi li marru aħjar minnu.
Ma’ Juventus, Higuaín kompla jiskurja b’kontinwità biex issa skurja 200 gowl fil-karriera. Huma biss Ibrahimović, Messi u Ronaldo li matul il-karriera skurjaw iżjed gowls minnu.
Madankollu, Higuaín qatt ma skurja fil-Camp Nou minkejja li matul l-avventura tiegħu fi Spanja, lagħab 18-il darba kontra Barcelona u skurja 3 gowls fil-Bernabéu.
Sors: TuttoJuve
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






