L-attakkant ta’ Juventus Gonzalo Higuaín jinsab mal-aqwa plejers fl-Ewropa f’tellieqa għall-unur taż-Żarbun tad-Deheb.
Higuaín jinsab fis-sitt post, akkumpanjat minn Anthony Modeste ta’ Cologne u Luis Suárez ta’ Barcelona bi 23 gowl u 46 punt.
Quddiemhom hemm Lukaku (24 gowl/48 punt) fil-ħames post u Andrea Belotti u Edin Džeko (25 gowl/50 punt) fir-raba’ post.
Lionel Messi jinsab fl-ewwel post (29 gowl/58 punt). Isegwu Bas Dost bi 28 gowl u 56 punt fit-tieni post u Robert Lewandowski u Pierre-Emerick Aubameyang (26 gowl/52 punt) fit-tielet post.
Sors: TuttoJuve
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






