Hekk kif sar magħruf ir-referee għal-logħba bejn Juventus u Barcelona, il-Juventini jħarsu lura u ftit li xejn jistgħu jitbissmu.
Dan hekk kif Björn Kuipers, l-Olandiż li se jikkontrolla l-logħba ta’ ritorn miċ-Champions League, kien intagħżel bħala referee f’erba’ logħbiet ta’ Juventus li fihom il-klabb ta’ Turin ma kisibx rebħa waħda.
Kuipers kien ir-referee fid-draws ta’ 1-1 bejn Juventus u Lyon f’Novembru li għadda, Juventus u Borussia Mönchengladbach f’Novembru 2015 u Juventus-Fiorentina mill-Europa League f’Marzu 2014, kif ukoll fit-telfa ta’ 4-1 kontra Fulham fl-2010.
Lil Allegri, Kuipers ifakkru fiż-żewġ penalties li ma tahx fil-Camp Nou kontra Barcelona meta kien għadu jmexxi lil Milan. Dakinhar Milan tilfu 3-1 u sfaw eliminati.
Għall-kuntrarju, Barcelona kisbu tliet rebħiet, tliet draws u telfa f’partiti mmexxija minn Kuipers.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






