Il-klabb tal-basketball Mens Sana Siena ngħata lura l-kampjonati tal-2011/12 u l-2012/14, il-Coppa Italia tal-2012 u l-2013 kif ukoll is-Supercoppa tal-2013.
Dan wara li l-CONI, il-Kumitat Olimpiku Nazzjonali tal-Italja, waqqa’ s-sentenza tal-qrati sportivi u t-Tribunal tal-Federazzoni Nazzjonali tal-Basketball fl-Italja.
Ġew revokati wkoll is-sanzjonijiet fil-konfront tal-eks President tal-klabb u uffiċjali oħra li kienu daħlu fis-seħħ wara l-falliment tal-klabb u l-bidu ta’ inkjesta kriminali.
Dan ipoġġi wkoll dubju dwar dak li dejjem intqal fil-konfront ta’ Calciopoli – jiġifieri li Juventus qatt ma jistgħu jieħdu lura l-kampjonati, minkejja provi ġodda li jneħħu l-ħtija minn fuqhom.
Sors: Il Fatto Quotidiano
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






