Wieħed mill-imħuħ brillanti fid-difiża Juventina, Leonardo Bonucci kellu kliem ta’ tifħir għall-plejers sħabu wara l-kwalifikazzjoni għas-semifinali tal-Uefa Champions League. Huwa sostna wkoll li issa verament it-timijiet iridu jibżgħu minn Juventus.
“Illejla kienet prestazzjoni mill-aqwa kemm f’sens ta’ solidità u kemm fis-sens ta’ kollettività. Il-plejers kollha qegħdin nemmnu fina nfusna għaliex li tiskurja tlieta kontra Barcelona u f’180 minuta ma ssofrix gowl ifisser li għandna tim b’saħħtu ħafna però issa fadal żewġ tarġiet oħra.”
“Dan it-tim ta’ Juventus ħaqqu kull tifħir għall-mod kif qed jaffaċċja kull partita hu minn hu l-avversarju, kemm jekk hu Barcelona u anke jekk hu Pescara. Din il-kwalifikazzjoni hija pass ieħor fil-proċess ta’ tkabbir tal-iskwadra u verament issa kull avversarju għandu għalfejn jinkwieta li se jilgħab kontra Juventus.”
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com
Ħalli Kumment