Juventus kisru rekord ieħor, din id-darba bħala l-iktar klabb Taljan li pparteċipa fil-fażi tas-semifinali taċ-Champions League moderna.

Din se tkun is-seba’ darba, mindu ċ-Champions League bdiet fil-format li nafuh illum, li Juventus għaddew għas-semifinali. F’ħamsa mis-sitt edizzjonijiet preċedenti, Juventus waslu sal-finali.

B’hekk Juventus saru wkoll l-uniku klabb Taljan li ħa sehem f’seba’ edizzjonijiet taċ-Champions League moderna. Milan ipparteċipaw f’sitt edizzjonijiet.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280