Id-difensur ta’ Juventus Leonardo Bonucci qala’ għajta mingħand sieħbu Giorgio Chiellini fi tmiem il-logħba kontra Barcelona.
Wara prestazzjoni mill-aqwa u ftit sekondi qabel tmiem il-logħba, Leonardo Bonucci deher javviċina lil-leġġenda Leo Messi biex jitolbu l-flokk. Iżda malli għajjatlu, pront kien Giorgio Chiellini li għajjat miegħu.
Finalment Bonucci rnexxielu jibdel il-flokk tiegħu mal-istess Messi.
Sors: Sky Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






