Jidher li dan l-istaġun se jiżvolgi f’wieħed ikkumplikat għad-difensur Taljan u ta’ Juventus Giorgio Chiellini li nhar il-Ħadd li għadda abbanduna l-logħba kontra Inter wara uġiegħ li ħass fil-35 minuta.

Hu żgur li se jitlef il-logħba ta’ għada mill-Coppa Italia kontra l-istess Inter, li se tintlagħab f’San Siro, u l-logħba ta’ nhar il-Ħadd li ġej f’Bergamo kontra Atalanta.

Wieħed jistenna r-riżultati mediċi mistennija dalwaqt biex isir magħruf aħjar jekk Giorgio Chiellini jkunx dispost għat-tieni leg tal-UEFA Champions League kontra Bayern Munchen fil-Ġermanja.

Sorsi: Tuttosport u Tuttojuve.