Il-midfielder Ġermaniż ta’ Juventus, Sami Khedira, qal li x-xewqa tiegħu hi finali taċ-Champions League kontra Real Madrid.

“Għandi ħolma. Jekk ngħaddu mis-semifinali, irrid li nilgħab il-finali kontra r-Real Madrid ta’ sħabi Toni Kroos u Luka Modrić,” iddikjara Sami Khedira.

Madankollu wissa li kontra Monaco hemm bżonn prestazzjoni super, għax dan hu tim b’attakk eċċezzjonali u veloċi.

Sors: BILD

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280