Il-ġurnalist magħruf Massimo Giletti tefa’ botta lil Inter u qal li jkun aħjar li kieku klabb jirbaħ dejjem, bħal Juventus, milli numru ta’ trofej f’sena u daqshekk.

“Il-kontinwità tagħmel id-differenza bejn klabb kbir u klabb li fil-verità rebaħ biss grazzi għal sitwazzjonijiet u mhux biss b’mertu tiegħu. Nemmen li l-kontinwità hi frott tal-għaqda tal-grupp, u mhux suċċess ta’ sena biss. Din hi Juventus,” qal Giletti.

Hu kien qed jirrispondi għal dikjarazzjoni li għamel żmien ilu Marco Materazzi, li jkunu aħjar ħames trofej f’sena, milli f’ħames snin.

Sors: Sportpaper.it

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280