Il-goalkeeper ta’ Juventus Nicola Leali, misluf lil Olympiacos, qal li hu qatt ma ppretenda li kellu jieħu post Gianluigi Buffon.
F’intervista, Leali ddikjara dan: “Qatt ma ppretendejt li nieħu post Gianluigi Buffon. Għalija hu fenomenu, l-iktar goalkeeper b’saħħtu ta’ dejjem, u għadu tajjeb ħafna kif juru l-blalen li jirkupra. Għalija, l-importanti kien dejjem li nitjieb dejjem iżjed.”
“Fl-aħħar ninsab ma’ skwadra li tippunta għar-rebħ,” iddikjara Leali, li ma’ Olympiacos se jkun qed jiċċelebra r-rebħ tas-sitt kampjonat konsekuttiv tal-klabb fil-Greċja.
Sors: Gianluca Di Marzio
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






