Grupp ta’ 20 ġurnalist sportiv taw il-voti tagħhom u għażlu lil Massimiliano Allegri bħala l-aqwa kowċ fid-dinja. Mhux hekk biss iżda t-tnejn ta’ warajh ukoll mexxew lil Juventus.
Fil-fatt, wara Allegri, fit-tieni post hemm Antonio Conte u Carlo Ancelotti li t-tnejn li huma jibqgħu mfakkra bħala kowċis rebbieħa ma’ Juventus.
Fil-lista, iżda fit-tmien post, wieħed isib ukoll lil Zinedine Zidane, leġġenda u eks plejer ta’ Juventus.
Sors: Il Corriere dello Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com







