Statistika ġdida tgiddeb lill-ħafna avversarji li spiss iduru fuq il-favuri arbitrali biex jiskużaw il-falliment tagħhom fir-rebħ.

Dan hekk kif, fil-penalties favur, Juventus jinsabu lejn il-qiegħ tal-klassifika. Tliet postijiet mill-aħħar biex inkunu eżatti.

Matul dan l-istaġun Juventus ingħataw biss tliet penalties. L-istess Genoa u Udinese, waqt li Bologna akkwistaw tnejn u Palermo wieħed biss.

Fl-ewwel post tal-klassifika Roma, bi 13-il penalty favur.

Sors: Juventus

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280