Fil-fażi tal-appell quddiem il-Corte dei Conti tnaqqsu l-pieni ta’ numru ta’ persuni involuti fil-każ Calciopoli.

B’din id-deċiżjoni, l-eks referee Paolo Bertini ġie assolt definittivament minn kull akkuża.

Tnaqqsu wkoll il-kundanni fil-konfront ta’ 12-il persuna oħra, b’mill-inqas żewġ terzi, fosthom l-eks deżinjaturi tar-referees Paolo Bergamo u Pier Luigi Pairetto, l-eks Viċi President tal-FIGC Innocenzo Mazzini, l-eks President tal-Aia Tullio Lanese, l-eks referees Massimo De Santis u Tiziano Pieri u l-eks assistent Fabrizio Babini.

Dawn tal-aħħar kollha kemm huma kellhom piena ta’ multi li riedu jitħallsu.

Sors: ANSA

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280