Juventus ilhom 621 minuta ma jaqilgħu gowl fiċ-Champions League u komplew jikkonfermaw l-aqwa difiża ta’ din il-kompetizzjoni Ewropea.
B’żewġ gowls biss kontra f’din l-edizzjoni, l-aħħar gowl li qalgħu Juventus kien kontra Seville fir-rebħa ta’ 1-3 fil-grawnd Ramón Sánchez Pizjuán.
Minn dakinhar, Juventus ma qalgħux gowl kontra Dinamo Zagreb, fiż-żewġ logħbiet kontra Porto u Barcelona kif ukoll fl-ewwel logħba kontra Monaco.
Sors: Champions League
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






