Wieħed mill-plejers strumentali fid-difiża ta’ Juventus, Giorgio Chiellini kellu kliem ta’ tifħir għat-tim wara r-rebħa kontra Monaco fejn sostna wkoll li issa Juventus jistgħu verament jikkompetu ma’ kull tim fl-Ewropa.
“Riżultat ta’ 0-2 barra minn darna huwa riżultat pożittiv ħafna. Għalkemm ma konniex perfetti tul id-90 minuta, għamilna l-iktar affarijiet importanti u li konna mitlubin li nagħmlu. Gigi kien strumentali bit-tliet saves li wettaq matul il-logħba.”
Il-gladjatur ta’ Juventus sostna li għat-tim tiegħu wasal verament iż-żmien li jista’ jikkompeti ma’ kull forza fl-Ewropa.
“Il-Uefa Champions League kienet proċess importanti fil-maturità u l-livell psikoloġiku tat-tim. Issa ninsabu lesti li nikkompetu ma’ kull tim fl-Ewropa anke għaliex ninsabu konxji mill-kapaċitajiet tagħna.”
Sors: Mediaset Premium
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com