F’intervista eżatt wara tmiem il-partita kontra Monaco, il-Pipita sostna li huwa jaħdem għat-tim tiegħu u l-aktar ħaġa importanti hija li waslet ir-rebħa ta’ Juventus.
“Bħalissa ninsab kuntent ħafna. Kienet logħba importanti ħafna għax hija semifinali u rnexxielna nieħdu tliet punti lura Turin. Issa għandna logħba importanti kontra Torino u nisperaw li nagħlqu l-kampjonat fil-weekend li ġej.”
“F’kull logħba li nilagħbu dejjem nipprova nagħmel l-aħjar li nista’. L-iktar ħaġa importanti hija li nibqgħu kalmi għaliex baqa’ 90 minuta ohra x’jintlagħbu. Monaco huwa tim tajjeb ħafna imma issa ninsabu aktar ottimisti li se nkunu ġewwa Cardiff.”
Sors: Mediaset Premium
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com