Il-midfielder ta’ Juventus Claudio Marchisio ma tħarriġx bħala parti mill-preparazzjoni għal-logħba kontra Roma.

Skont Juventus, Marchisio qed isofri minn ‘affaticamento’ u l-kundizzjoni tiegħu se tiġi evalwata fil-jiem li ġejjin. Hu mistenni jitlef il-logħba kontra Roma.

Jista’ jitlef ukoll il-finali kontra Lazio, li tfisser li Juventus ikunu mingħajr Claudio Marchisio u Sami Khedira minħabba injury, kif ukoll Miralem Pjanić, sospiż.

Sors: Juventus

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280