Juventus ħassru ċ-ċelebrazzjonijiet li kienu ppjanati għal wara l-logħba kontra Crotone, nhar il-Ħadd li ġej.
Kien il-ġimgħa li għaddiet li l-istess klabb akkwista l-permessi biex kowċ bil-plejers tgħaddi mit-toroq ta’ Turin u tasal fi pjazza li kellha tkun riservata. Hawn kien ippjanat palk għal spettaklu Juventin b’kantanti Juventini bħal Eros Ramazzotti u Francesco Gabbani.
Iżda minn dan kollu mhu se jsir xejn. Għall-inqas mhux qabel il-finali taċ-Champions League f’Cardiff. Din tkun it-tielet sena li mhux se jsiru ċelebrazzjonijiet, minkejja li l-Ħadd li ġej Juventus jistgħu jsiru champions matematikament.
Sors: La Stampa
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






