L-attakkant Kroat ta’ Juventus, Mario Mandžukić, kellu jiġi mdewwi waqt il-logħba bejn Juventus u Lazio hekk kif qasam rasu wara li ħabat mal-avversarju Bastos.

Hu kellu bżonn jiddewwa immedjatament minħabba li minn fuq għajnejh beda jitlef kwantità ta’ demm. Madankollu, hu rritorna lura fil-grawnd u lagħab il-logħba kollha.

Fid-dawl ta’ dan, hu mhux mistenni jitlef l-ebda waħda mil-logħobiet li jmiss ta’ Juventus.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280