Dinorah Santa Ana, aġent ta’ Dani Alves, iddikjara li l-Brażiljan illum il-ġurnata hu aħjar minn meta kellu biss 25 sena.
“Nemmen li llum hu aħjar minn dak il-perjodu. Hu hawn fejn tidħol il-professjonalità għaliex jieħu kollox inkunsiderazzjoni, mit-taħriġ sal-irqad. Il-futur tiegħu hu fil-grawnd,” iddikjara Santa Ana.
Kompla li “mhux sorpriż bil-prestazzjonijiet tiegħu. Dani ried lil Juventus u ġab miegħu mentalità rebbieħa. Ġie hawn biex jirbaħ kollox.”
Sors: Football Italia
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






