Id-Direttur Ġenerali ta’ Juventus, Beppe Marotta, iddikjara li hu favur l-introduzzjoni tat-tieni skwadri, magħrufa bħala B Teams.

“Il-mudell li għandna nirreferu għalih hu dak Spanjol, fejn għandhom il-B Teams, mentri fl-Italja m’għandniex. Meta plejer itemm iż-żmien fl-akkademja, jieqaf hemm għax ma jsibx kif jinfiltra l-iskwadra ewlenija,” qal Marotta.

Kompla li “l-livell fl-Italja tant hu għoli li hu diffiċli li żagħżugħ jirnexxilu jilgħab fis-Serie A anke għaliex ma jkunx għadu tajjeb biżżejjed u jkun fadallu jimmatura.”

Fi tnax-il sena, kienu biss erba’ l-plejers prodotti minn Juventus li rnexxielhom jagħmluha b’mod regolari mal-iskwadra ewlenija tal-istess klabb.

Sors: TuttoJuve

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280