Fl-aħħar sigħat kien żvelat dak li jidher li se jkun il-flokk li Juventus se jużaw fl-istaġun 2017/18 għal-logħob barra minn darhom.
Ir-ritratt tal-flokk ittieħed fl-Awstralja, fejn allegatament dan il-flokk diġà jinsab għall-bejgħ.
Fuq il-flokk jiddomina l-kulur isfar, waqt li kliem bħal Juventus u l-logos ta’ Adidas u Jeep jinkitbu bil-blu. Il-blu jidher ukoll kemm fuq l-ispalel u l-kmiem kif ukoll fuq l-għonq.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com







