Juventus rebħu l-kampjonat Taljan għas-6 darba konsekuttiva, tlieta taħt Antonio Conte u tlieta taħt Massimiliano Allegri.

Dan huwa rekord ġdid fis-Serie A u ser jibqa’ mfakkar fl-istorja ta’ Juventus. Ir-rekord preċedenti kien f’idejn F.C. Internazionale Milano u Torino Football Club li rebħu l-kampjonat Taljan għal 5 snin konsekuttivi.

Din hija t-tieni tazza li rebħu l-Bianconeri dan l-istaġun u b’hekk jinsabu pass eqreb għat-Treble bil-finali kontra Real Madrid C.F. tintlagħab fit-3 ta’ Ġunju!

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280