Il-midfielder ta’ Juventus Claudio Marchisio spikka għall-bikja tiegħu waqt li sħabu kienu qed jiċċelebraw ir-rebħ tas-sitt kampjonat infila.

Bikja li pront wasslet għal xnigħat li Marchisio se jħalli lill-klabb, wara li l-istess kien għamel l-eks kowċ Antonio Conte.

Iżda l-midfielder internazzjonali spjega: “Ma rnexxilix inżomm id-dmugħ. Għax is-sena li għaddiet ma stajtx inkun preżenti. Għax dan hu s-sitt kampjonat infila. Għax kull kampjonat hu importanti daqs l-ewwel wieħed. Għaliex li niċċelebrah magħkom hi xi ħaġa unika u maġika. Ninsabu fl-isotrja, fino alla fine forza Juventus.🏳️🏴🏆🏆🏆🏆🏆🏆

Sors: Facebook

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280