Fid-dawl tat-theddida mit-terroriżmu, fir-Renju Unit qed tittieħed b’serjetà kbira l-kwistjoni tas-sigurtà.
Fil-fatt il-finali fil-Millennium Stadium f’Cardiff se tintlagħab taħt saqaf magħluq biex tkun eliminata kull theddida mill-ajru, inkluż minn drones.
Se jkun hemm mill-inqas 15,000 suldat mad-dawra tal-impjant sportiv. Dan minbarra li se jkun hemm ukoll sistema li permezz tagħha jkun jintgħaraf il-wiċċ tal-persuna, biex b’hekk jintgħarfu immedjatament persuni li huma mfittxija jew magħrufa mal-pulizija.
Sors: The Sun
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






