L-aġent tal-midfielder Tomás Rincón iddeskriva lilu nnifsu sodisfatt bl-ammont ta’ ħin li lagħab il-plejer li jirrappreżenta ma’ Juventus.
“Ingħaqad ma’ Juventus f’Jannar, bi skwadra li kienet organizzata u xorta sab ir-rispett li jimmeritah kemm bħala plejer kif ukoll fuq livell personali,” stqarr Norman Capuozzo.
L-istess aġent kompla li “Tomás Rincón ingħaqad ma’ Juventus u l-objettiv tiegħu hu li jgħin lil Juventus biex jiktbu l-istorja bit-tielet Champions League fl-istorja. Hu ppreparat għall-istaġuni li jmiss, mal-Bianconeri.”
Sors: TuttoJuve
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






