Il-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri ddikjara li ddejjaq jisma’ b’negattività ftit jiem qabel il-finali kontra Real Madrid.

“Il-finali se tkun logħba importanti, imma fiha l-plejers tagħna jridu jagħmlu l-istess kif għamlu staġun sħiħ. In-negattività ġġib iżjed negattività u l-pożittività ġġib iżjed pożittività. Iva, meta ġejt sibt negattività kbira, imma anke issa qed nisma’ negattività dwar il-finali għax fil-passat tlifna sitta. Juventus lagħbu tmien finali, mhux tilfu sitta. Li tasal sal-finali mhix xi ħaġa faċli,” iddikjara Allegri.

Sors: TuttoJuve

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280