Minkejja li ilu miftuħ sa mill-2011, Juventus baqgħu ma sabux sponsor għall-isem tal-Juventus Stadium. Kien għalhekk li l-isem baqa’ hekk, mingħajr sponsor, iżda l-affarijiet jaf jinbidlu!

Dan hekk kif jidher li mill-istaġun li jmiss, jew inkella dak ta’ wara, Juventus Stadium jaf jinbidel għal Allianz Stadium grazzi għall-istess sponsor tal-ġganti tal-Ġermanja, FC Bayern München.

U hekk kif qed jingħad li l-isem jista’ jinbidel għal Allianz Stadium, il-partitarji Juventini bdew jappellaw biex l-isem isir Allianz Juventus Stadium sabiex isem il-klabb ma jitneħħiex.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280