L-eks kowċ tal-goalkeepers ta’ Roma, Guido Nanni, li bejn l-2015 u l-2016 ħarreġ lill-goalkeeper Wojciech Szczęsny żvela sigriet dwar il-Pollakk li ddeskrivieh bħala simili għal Andrea Pirlo.
“Fid-dinja tal-goalkeepers issib żewġ kategoriji: Gianluigi Buffon u l-kumplament. Iżda Szczęsny hu aħjar mill-kumplament. jekk jakkwistawh, Juventus ikunu ħadu n-numru wieħed assolut,” qal Nanni.
Kompla billi qal li “b’saqajh, Wojciech Szczęsny hu fil-livell ta’ Neuer, b’personalità bħal ta’ Tacconi u teknika ta’ Marchegiani. jekk għażel lil Juventus, sinjal li spjegawlu li se jkollu postu fl-immedjat u fil-futur, għax hu bniedem intelliġenti ħafna.”
“Fil-logħob waqt it-taħriġ, konna nilagħbuh barra mil-lasta u kien jimpressjona. Għandu saqajn ta’ midfielder. Qisu Andrea Pirlo!” stqarr Nanni.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com





