Matul il-ġurnata tat-Tnejn Juventus urew dispjaċir għall-mewt ta’ Erika Pioletti, it-tfajla li tilfet ħajjitha waqt li kienet fi Piazza San Carlo ssegwi l-finali taċ-Champions League.

Fil-fatt il-bandiera tal-kwartieri ta’ Juventus ittajret mezz’asta u ntrabtet b’faxx iswed b’turija ta’ luttu għat-telfa ta’ din il-mara.

Dan minbarra li fil-belt ta’ Turin illum kien dikjarat jum ta’ luttu mis-Sindku Chiara Appendino, bil-Kunsill Komunali ta’ Turin li fis-seduta ta’ llum osserva minuta ta’ silenzju.

Sors: AGI/Juventus

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280