L-eks plejer u attakkant prolifiku ta’ Juventus David Trezeguet tkellem rigward li fl-2006 Juventus ġew ikkundannati biex jilagħbu fis-Serie B minħabba l-iskandlu tal-Calciopoli. Trezeguet sostna li huwa baqa’ ma’ Juventus f’din il-kategorija għax kien xieraq li jagħti xi ħaġa lura lil Juventus.
“Kull plejer irid jiddeċiedi l-futur tiegħu, jekk jitlaqx jew le. Il-kundanna kienet li ridna nilagħbu fis-Serie B u nibdew b’16-il punt imnaqqsin. F’dak il-mument ħassejt li ridt nagħti xi ħaġa lura lil dan it-tim li dejjem ħabbejt. Il-plejers li vera ħabbew il-klabb baqgħu mat-tim fl-agħar żminijiet u bdejna paġna ġdida fl-istorja tal-klabb.”
Sors: Mediaset Premium
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






