L-aħħar laqgħa tal-bord tad-Diretturi ta’ Juventus għall-istaġun 2016/17 immexxija mill-President Andrea Agnelli kienet waħda sinifikanti għaliex saret fis-sede l-ġdida fiż-żona ta’ Continassa, qrib il-grawnd ta’ Juventus.

Ix-xogħol f’din il-binja huwa lest u fix-xhur li ġejjin se jkun qed jilqa’ l-ħaddiema fil-klabb ta’ Juventus. Din il-binja hija parti wkoll mill-famuż J Village li kien tħabbar ftit xhur ilu.

Sors: Juventus

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280