Madwar 20 persuna ngħataw kundanna ta’ bejn it-tliet snin u l-15-il sena ħabs hekk kif ġiet konkluża l-investigazzjoni tal-awtoritajiet dwar l-infiltrazzjoni tal-Mafja fost il-gruppi ta’ partitarji ta’ Juventus.

Fil-proċess Alto Piemonte dwar l-infiltrazzjoni tal-‘Ndrangheta fil-Curva Nord Ovest, Saverio Dominello qala’ sentenza ta’ ħabs ta’ 12-il sena u xahar waqt li ibnu Rocco, ukoll kap tal-ultras Drughi ta’ Juventus, ħa sentenza ta’ 7 snin u disa’ xhur wara li nstab ħati li ppermetta lill-Mafja li tidħol fil-kummerċ tal-biljetti.

Il-missier u l-iben, flimkien ma’ numru ta’ ultras oħra ta’ Juventus, instabu ħatja wkoll li għal snin mexxew dak imsejjaħ bħala bagarrinaġġ tal-biljetti; jiġifieri kienu jakkwistaw il-biljetti biex ibigħuhom bi prezz ferm ogħla.

L-avukati difensuri mistennija jappellaw mis-sentenza.

F’din l-investigazzjoni spiss kien issemma wkoll Andrea Agnelli, minħabba li Rocco Dominello kien preżenti għal laqgħat mad-diriġenza. Madankollu, Agnelli u Juventus ħarġu bla tebgħa minn din l-inkjesta.

Sors: Ansa/Il Corriere

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280