Teżisti konferma li l-attakkant Zlatan Ibrahimović, li bħalissa jinsab bla klabb u mweġġa’, kien f’Turin, fejn allegatament kien hemm ukoll l-aġent tiegħu Mino Raiola.

Din l-aħbar wasslet għal xnigħat li l-plejer qed jinteressa lil Juventus u saru diskussjonijiet biex ikun l-attakkant ta’ riserva taċ-champions tal-Italja. Għalkemm dan mhux eskluż, hekk kif fl-aħħar jiem kien hemm rapporti li Juventus qed isegwu lill-plejer, din mhix ir-raġuni ewlenija għal din iż-żjara.

Fil-fatt Zlatan Ibrahimović kien f’Turin biex jixtri Ferrari ġdida għall-użu personali tiegħu.

Sors: Gazzetta dello Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280