Il-President ta’ Juventus Andrea Agnelli sostna li din l-era l-ġdida Juventina hija biss il-bidu ta’ ħafna suċċessi għal dan il-klabb u kkonferma wkoll li l-klabb mhux se joqgħod lura milli jakkwista plejers ta’ livell għoli.
“Dak li nbena fl-ewwel seba’ snin fil-Presidenza tiegħi huwa l-fondazzjoni li fil-futur se tkun qed iġġib iktar suċċessi lejn il-klabb tagħna. L-era ta’ Juventus se tkun qed tibda issa u dawn l-aħħar sitt kampjonati huwa biss il-bidu. Wara l-akkwist ta’ Higuaín, issa mhux se noqogħdu lura milli niffirmaw plejers oħra ta’ livell għoli.”
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com