S’issa Juventus għandhom ippjanati 7 partiti, 6 minnhom ta’ ħbiberija, qabel il-ftuħ uffiċjali tal-kampjonat 2017/18.

L-ewwel logħba hi fi żmien għaxart ijiem, meta fil-Messiku, Juventus jiltaqgħu kontra Rayados, waqt li l-għada jkun imiss il-logħba kontra klabb ieħor Messikan, Tigres. Iż-żewġ partiti jintlagħbu fl-04:00, ħin lokali. (Aġġornament: Il-logħob fil-Messiku tħassru) 

Partitissima fit-23 ta’ Lulju, meta Juventus jaffrontaw lil Barcelona, ukoll f’ħin stramb għal pajjiżna hekk kif il-logħba fl-Istati Uniti tintlagħab f’nofsillejl. Il-logħba tintlagħab fil-MetLife Stadium ta’ East Rutherford, New Jersey u tifforma parti mill-International Champions Cup.

Fis-27 ta’ Lulju Juventus jiltaqgħu ma’ PSG f’logħba oħra mill-International Champions Cup, din id-darba fil-Hard Rock Stadium, Miami Gardens, Florida. Din il-logħba tintlagħab fis-02:30.

Ikun imiss logħba kontra Roma, dejjem fl-Istati Uniti mill-International Champions Cup, li din id-darba tintlagħab fit-30 ta’ Lulju. Il-logħba, fil-Gilette Stadium ta’ Foxborough, Massachusetts, tibda fl-22:00.

Lura fl-Ewropa, b’Juventus jilagħbu logħba oħra ta’ prestiġju, din id-darba kontra Tottenham. Il-logħba tintlagħab fil-5 ta’ Awwissu fil-Wembley Stadium li qed jintuża mill-istess klabb Ingliż. Din il-logħba tibda fis-18:30.

L-aħħar logħba ta’ Juventus hi l-finali tas-Supercoppa Italiana kontra Lazio, fit-13 ta’ Awwissu fl-Olimpico ta’ Ruma. Il-logħba tibda fid-20:45.

Ma’ dawn trid tiżdied ukoll il-logħba kontra l-Primavera, li madankollu għad ma ngħatawx dettalji dwarha.

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280