Id-difensur nazzjonali Taljan u ta’ Juventus Leonardo Bonucci kkastiga darbtejn fi tlett ijiem lill-iskwadra ta’ Roberto Mancini, Inter.

L-ewwel ikkastiga lin-nerazzurri b’gowl spettakolari li skurja nhar il-Ħadd li għadda ġewwa l-Juventus Stadium, imbagħad bil-penalty deċiżiv li skurja lbieraħ, fejn elimina lill-istess Inter mill-Coppa Italia u tefa’ lit-tim tiegħu fil-finali tal-Coppa Italia.

Ta’ min isemmi wkoll li Leonardo Bonucci kien għamel żmien jifforma parti min-nursery ta’ FC Internazionale fil-passat.