Il-midfielder ta’ PSG Marco Verratti ħabbar li biddel l-aġent tiegħu u issa se jkun rappreżentat minn Mino Raiola.

Sa qabel din il-bidla, Verratti kien rappreżentat mill-avukat Donato Di Campli, li l-plejer irringrazzjah tas-servizzi tiegħu.

Fl-aħħar jiem kien hemm diversi xnigħat dwar il-futur tal-plejer, inkluż dwar interess minn Barcelona. Di Campli kkonferma li Barcelona ilhom sena jsegwu lill-plejer u qal li ilu żmien jiġi attakkat, insultat u kkritikat minħabba dan l-interess fil-plejer.

Sors: Twitter

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280