L-aġent ta’ Patrik Schick, Pavel Pavska, ikkonferma li l-plejer għandu problema li mhix serja f’qalbu.
Lil iSport hu ddikjara hekk: “Patrik beda l-istaġun li għadda ma’ Sparta f’Lulju qabel għadda għand Sampdoria f’nofs l-istess xahar u lagħab għal staġun sħiħ (ħlief għal injury li tellfitu 8t ijiem). F’Mejju ntemm l-istaġun, siefer jumejn wara għall-Euro U21 u lagħab żewġ logħbiet fost ħafna vjaġġi. 44 logħba fi staġun li kienu ta’ stress qawwi għall-plejer,” iddikjara Pavska.
Kompla li “dan kollu rrifletta fit-testijiet mediċi. Wara għeja f’qalbu, żviluppatlu wkoll infjammazzjoni. Madankollu t-tobba kollha qablu li m’għandu xejn serju. Il-problema tissolva b’ħames ġimgħat ta’ mistrieħ.”
Sors: iSport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






