Fuq il-profil uffiċjali tiegħu ta’ Twitter, il-midfielder ta’ Juventus Claudio Marchisio laqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar li Federico Bernardeschi se jkun qed jissieħeb ma’ Juventus fil-jiem li ġejjin.

Il-post oriġinali tal-Principino kien hekk: “Federico, nilqgħuk fit-tim ta’ Juventus. Aħna lkoll ninsabu ħerqana biex ikollna staġun mill-aqwa flimkien.”

Wara diversi laqgħat anke mal-aġent tal-istess plejer, fl-aħħar ntlaħaq ftehim biex wieħed mill-objettivi ta’ Juventus jilbes il-flokk abjad u iswed. Iċ-ċifra tat-trasferiment mistennija tkun dik ta’ €40 miljun.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280