Il-President tal-UEFA Aleksander Čeferin ta indikazzjoni li se jinbidlu r-regoli tal-Financial Fair Play fid-dawl ta’ kampanja ta’ akkwisti b’ċifri faraoniċi minn diversi klabbs.

Fost l-aħħar aħbarijiet hemm xnigħat li PSG lesti jħallsu klawżola ta’ €222 miljun biex jakkwistaw lil Neymar. Is-somma titla għal €560 miljun jekk wieħed jgħodd il-paga ta’ €60 miljun (ċifra tat-taxxa gross) u l-kummissjoni lil missieru.

Hemm ukoll il-€150 miljun minfuqa minn Manchester City għal Walker, Danilo u Mendy, kif ukoll il-flus li ħallsu Milan s’issa.

Čeferin iddikjara hekk: “Hemm bżonn ta’ mekkaniżmi ġodda bħat-taxxa ta’ lussu (kontribut ta’ persentaġġ miċ-ċifra tat-trasferiment jew paga offruta lil plejer), massimu fuq is-salarju tal-iskwadri u normi iżjed korretti f’dak li għandu x’jaqsam mat-trasferimenti, biex neliminaw sitwazzjoni ta’ plejers li jakkumulaw fi skwadri ffullati b’konċentrazzjoni ta’ talent.”

Dan ifisser li l-UEFA qed tħares lejn regoli sportivi u finanzjarji ġodda.

Sors: La Gazzetta dello Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280