L-akkwist ġdid ta’ Juventus, iż-żagħżugħ Federico Bernardeschi, għadu bla laqam għall-kuntrarju ta’ ħafna plejers oħra.
Fid-dawl ta’ dan, permezz ta’ post fuq Facebook, Juventus qed jappellaw lill-partitarji biex isibu laqam denju għall-winger ta’ 23 sena akkwistat mingħand Fiorentina.
Ma jistax jonqos, anke fid-dawl tal-appelli tal-aħħar jiem, li l-maġġoranza qed jissuġġerixxu ‘Ben10’ anke f’messaġġ ieħor lis-soċjetà li l-plejer għandu jieħu l-flokk numru 10 li ilu għall-aħħar xhur mingħajr sid.
Sors: Juventus
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






