Hekk kif Juventus ħallew Boston lejn Miami biex għada ssir il-logħba ta’ ħbiberija kontra PSG, warajhom tħallew tliet plejers li magħhom mistenni jingħaqad ukoll Federico Bernardeschi.

Warajhom, Juventus ħallew lil Daniele Rugani li daħal lura mil-logħob tan-nazzjonal, lil Douglas Costa li qed jitħarreġ taħt programm personalizzat, kif ukoll lill-akkwist ġdid, il-goalkeeper Pollakk Wojciech Szczęsny, li sofra injury.

Jirriżulta li Szczęsny beda bi programm speċifiku ta’ fiżjoterapija u l-kundizzjoni tiegħu se tkun analizzata mill-ġdid fil-jiem li ġejjin.

Sors: Juventus

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280